Scroll to top

Mill-1 ta’ Ottubru 2022, iċ-ċittadini u r-residenti kollha f’Malta u Għawdex li għandhom Tallinja Card personalizzata huma intitolati li jibbenefikaw minn servizz tat-trasport pubbliku mingħajr ħlas, kif imħabbar mill-Gvern ta’ Malta waqt id-diskors tal-Budget ta’ Ottubru 2021. Is-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn kien diġà jingħata lil persuni bejn l-etajiet ta’ 14 u 20 sena, persuni b’diżabilità, studenti ta’ 21 sena u ’l fuq, u persuni ta’ 70 sena u iktar sat-30 ta’ Settembru 2022. Permezz ta’ din il-miżura, il-kategoriji ta’ persuni l-oħra kollha issa huma intitolati għal trasport pubbliku bla ħlas. Dan ifisser li filwaqt li sat-30 ta’ Settembru 2022 129,826 persuna kienu intitolati li jivvjaġġaw bla ħlas, bis-saħħa ta’ din il-miżura aktar minn 501,779 persuna huma intitolati għal trasport pubbliku b’xejn.

L-għan ta’ din il-miżura huwa li jinkoraġġixxi aktar nies biex jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku sabiex il-pubbliku inġenerali jkollu alternattiva tajba għall-użu tal-karozza. Iż-żieda fl-użu tat-trasport pubbliku jirriżulta f’inqas tniġġis u emissjonijiet tal-gass fit-toroq Maltin b’ambjent aktar imtejjeb u kwalità tal-arja aħjar.

Sabiex tibbenefika minn dan is-servizz bla ħlas, persuna għandha tirreġistra għal Tallinja Card personalizzata hawnhekk. Dan id-dokument irid  jintuża mal-magna tal-biljetti li tinsab ħdejn ix-xufier meta tirkeb karozza tal-linja. Tallinja Cards huma dokumenti importanti għax jipprovdu informazzjoni ta’ statistika bil-għan li jgħinu biex l-operatur itejjeb is-servizz fil-futur.

Persuni li għad m’għandhomx Tallinja Card personalizzata jistgħu japplikaw bla ħlas sal-aħħar ta’ Frar 2024. Din l-inizjattiva għal żmien limitat hija maħsuba biex jiżdied aktar l-użu tas-servizz tat-trasport pubbliku.

Aktar tagħrif dwar kif tista’ tapplika għal Tallinja Card u mistoqsijiet komuni relatati jinsabu fis-sit elettroniku ta’ Malta Public Transport  fil-paġna t’hawn taħt:

https://www.publictransport.com.mt/mt/free-travel

infrastruttura
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.