Dr Chris Bonett ġie elett fil-Parlament f’Marzu 2022 mir-raba’ distrett u nħatar bħala Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej. Preżentament qed iservi l-irwol ta’ Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi.

Fl-2007, huwa ggradwa b’Dottorat fil-Liġi mill-Università ta’ Malta u fl-2014 gradwa b’Master of Law fil-Liġi tal-Isport minn De Montfort University f’Leicester.

Il-Ministru Chris Bonett serva bħala Viċi President u Kap tad-Dipartiment Legali u tal-Governanza tal-Futbol tal-Malta Football Association (MFA). Huwa serva wkoll bħala Uffiċjal tal-Integrità tal-UEFA u bħala membru tal-Korp ta’ Kontroll, Etika u Dixxiplinari tal-UEFA.

Dr Bonett serva bħala Sindku tal-Gżira bejn l-2007 u l-2012 fejn mexxa diversi proġetti sinifikanti fi ħdan din il-lokalità bħall-ftuħ ta’ Ċentru Komunitarju, il-Librerija Pubblika tal-Gżira, it-training grounds ta’ turf artifiċjali għall-Gzira United Football Club, it-tisbiħ tal-Ġonna tal-Kunsill tal-Ewropa, u proġetti infrastrutturali oħra.

Huwa miżżewweġ lil Dr Maxilene Bonett, u għandhom żewġt itfal, Matteo u Luca.

infrastruttura
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.